+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 4.

Id-distributuri li jafu jew li għandhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott b’elementi diġitali, li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, jew il-proċessi stabbiliti mill-manifattur tiegħu ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott b’elementi diġitali jew il-proċessi stabbiliti mill-manifattur tiegħu jsiru konformi, jew biex jirtiraw jew isejħu lura l-prodott, jekk dan ikun xieraq.

Malli jsiru konxji minn vulnerabbiltà fil-prodott b’elementi diġitali, id-distributuri għandhom jinformaw lill-manifattur mingħajr dewmien żejjed dwar dik il-vulnerabbiltà. Barra minn hekk, meta l-prodott b’elementi diġitali jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq il-prodott b’elementi diġitali dwar dan, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit