+Artikolu 50 Penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
---+Artikolu 50 1
---+Artikolu 50 2
---+Artikolu 50 3
---+Artikolu 50 4
---+Artikolu 50 5
---+Artikolu 50 6
|
Artikolu 50 Penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji, investigattivi u sanzjonarji kollha meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 50 2
|
2. Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas is-setgħat li ġejjin:
|
(a)
|
li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument jew data miżmuma fi kwalunkwe forma lil-awtoritajiet kompetenti jqisu rilevanti għall-qadi ta’ dmirijiethom u jirċievu jew jieħdu kopja tagħha;
|
|
(b)
|
li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post, li għandhom jinkludu iżda ma għandhomx ikunu limitati għal li:
|
(i)
|
isejħu lir-rappreżentanti tal-entitajiet finanzjarji għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-għan tal-investigazzjoni u biex jirreġistraw it-tweġibiet;
|
|
(ii)
|
jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
|
|
|
(c)
|
li jirrikjedu miżuri korrettivi u ta’ rimedju għal ksur tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 50 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu pieni kriminali f’konformità mal-Artikolu 52, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jistabbilixxu penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju xierqa għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.
Dawk il-penali u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 50 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw mill-inqas il-penali amministrattivi jew il-miżuri ta’ rimedju li ġejjin għall-ksur ta’ dan ir-Regolament:
|
(a)
|
joħorġu ordni li tirrikjedi li l-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf imġiba li tkun fi ksur ta’ dan ir-Regolament u ma tirrepetix dik l-imġiba;
|
|
(b)
|
jirrikjedu l-waqfien temporanju jew permanenti ta’ kwalunkwe prattika jew imġiba li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jipprevjenu r-repetizzjoni ta’ dik il-prattika jew l-imġiba;
|
|
(c)
|
jadottaw kwalunkwe tip ta’ miżura, inkluż ta’ natura pekunarja, biex jiżguraw li l-entitajiet finanzjarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti legali;
|
|
(d)
|
jirrikjedu, sa fejn huwa permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, fejn ikun hemm suspett raġonevoli ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, u fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għal investigazzjoni dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament; u
|
|
(e)
|
joħorġu avviżi pubbliċi, inkluż dikjarazzjonijiet pubbliċi li jindikaw l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur.
|
|
|
Artikolu 50 5
|
5. Meta l-paragrafu 2, il-punt (d), u l-paragrafu 4 japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw il-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju, soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali, għal membri tal-korp maniġerjali, u għal individwi oħra li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 50 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (c), tkun motivata kif suppost u tkun soġġetta għal dritt ta’ appell.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|