+Artikolu 50 2

Artikolu 50 2

2.   Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas is-setgħat li ġejjin:

(a)

li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument jew data miżmuma fi kwalunkwe forma lil-awtoritajiet kompetenti jqisu rilevanti għall-qadi ta’ dmirijiethom u jirċievu jew jieħdu kopja tagħha;

(b)

li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post, li għandhom jinkludu iżda ma għandhomx ikunu limitati għal li:

(i)

isejħu lir-rappreżentanti tal-entitajiet finanzjarji għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-għan tal-investigazzjoni u biex jirreġistraw it-tweġibiet;

(ii)

jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

(c)

li jirrikjedu miżuri korrettivi u ta’ rimedju għal ksur tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit