+Artikolu 59 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
---+Artikolu 59 (1)
---+Artikolu 59 (2)
|
Artikolu 59 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 (1)
|
fl-Anness I, Taqsima A, il-punt 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effettivi ta’ kontroll u salvagwardja għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).
(*1) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).”."
|
|
Artikolu 59 (2)
|
fl-Anness III, il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“12.
|
L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma jkollhiex proċeduri amministrattivi jew ta’ kontabilità, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi dwar il-valutazzjoni tar-riskju, jew kontroll effettiv jew arranġamenti ta’ salvagwardja għall-ġestjoni ta’ sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554; jew billi ma timplimentax jew ma żżommx proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew strutturi organizzattivi kif meħtieġ minn dak il-punt.”.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|