+Artikolu 92 4.

Artikolu 92 4.

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-punti minn (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu wara li jitqies il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, u riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati f’konformità mat-Titolu II ta’ din il-Parti u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali kollha ta’ istituzzjoni, bl-esklużjoni tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:

(i) 

ir-riskju tas-suq, ikkalkulat f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti;

(ii) 

skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli minn 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif iddeterminati f'konformità mal-Parti Erbgħa;

(c) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet;

(d) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 378 sa 380;

(e) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu VI ta' din il-Parti;

(f) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu III ta' din il-Parti;

(g) 

l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta' tranżazzjonijiet u ta' ftehimiet li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu II ta' din il-Parti:

(i) 

kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu;

(ii) 

tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;

(iii) 

tranżazzjonijiet ta' self b'marġni fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;

(iv) 

tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit