+Artikolu 92 Rekwiżiti ta’ fondi proprji
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 1a.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
---+Artikolu 92 4.
---+Artikolu 92 5.
---+Artikolu 92 6.

Artikolu 92 Rekwiżiti ta’ fondi proprji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92 1.

Soġġett għall-Artikoli 93 u 94, l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:

(a) 

proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ 4,5 %;

(b) 

proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ 6 %;

(c) 

proporzjon totali tal-kapital ta’ 8 %;

▼M8

(d) 

proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %.

Artikolu 92 1a.
Flimkien mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, G-SII għandha żżomm buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ekwivalenti għall-miżura tal-iskopertura totali tal-G-SIIs imsemmija fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament immultiplikata b'50 % tar-rata tal-buffer applikabbli għall-G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

G-SII għandha tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja mal-kapital ta' Grad 1 biss. Kapital ta' Grad 1 li huwa wżat biex jissodisfa rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ma għandux jintuża biex jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ibbażat fuq l-lieva finanzjarja stabbilita f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, sakemm dan ma jkunx espliċitament previst mod ieħor hemmhekk.

Fejn G-SII ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, din għandha tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 141b tad-Direttiva 2013/36/UE.

Fejn G-SII ma tissodisfax fl-istess ħin ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja u r-rekwiżit għal buffer kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, din għandha tkun soġġetta għall-ogħla mir-rekwiżiti kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikoli 141 u 141b ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 92 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon tal-kapital tagħhom kif ġej:

(a) 

il-proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

(b) 

il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

(c) 

il-proporzjon totali tal-kapital ikun il-fondi proprji tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.

Artikolu 92 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ġej:

TREA = max {U-TREA; x·S-TREA}

fejn:

TREA

= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità;

U-TREA

= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tal-entità kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4;

S-TREA

= l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju tal-entità kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5;

x

= 72,5  %.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu, ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4, għall-istituzzjonijiet li huma parti minn grupp b'istituzzjoni prinċipali fl-istess Stat Membru, dment li dik l-istituzzjoni prinċipali jew, fil-każ ta' gruppi magħmula minn korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti, it-total kif magħmul mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu tikkalkula l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi konsolidata.

Artikolu 92 4.

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-punti minn (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu wara li jitqies il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, u riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati f’konformità mat-Titolu II ta’ din il-Parti u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali kollha ta’ istituzzjoni, bl-esklużjoni tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:

(i) 

ir-riskju tas-suq, ikkalkulat f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti;

(ii) 

skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli minn 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif iddeterminati f'konformità mal-Parti Erbgħa;

(c) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet;

(d) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 378 sa 380;

(e) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu VI ta' din il-Parti;

(f) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu III ta' din il-Parti;

(g) 

l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta' tranżazzjonijiet u ta' ftehimiet li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu II ta' din il-Parti:

(i) 

kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu;

(ii) 

tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;

(iii) 

tranżazzjonijiet ta' self b'marġni fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;

(iv) 

tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

Artikolu 92 5.

L-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-paragrafu 4, il-punti (a) sa (g), wara li jitqiesu l-paragrafu 6 u r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju ta’ kreditu għall-kontroparti, u r-riskju ta' dilwizzjoni, imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), u għar-riskju tal-kreditu għall-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-punt (g) ta' dak il-paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(i) 

l-approċċ ibbażat fuq mudell intern għall-ftehimiet ewlenin ta' netting stabbilit fl-Artikolu 221;

(ii) 

l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 3;

(iii) 

l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni stabbilit fl-Artikoli 258, 259 u 260 u l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna stabbilit fl-Artikolu 265;

(iv) 

il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6;

(b) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i), għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintużaw:

(i) 

l-approċċ ibbażat fuq mudell intern alternattiv stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b; jew

(ii) 

kwalunkwe approċċ elenkat taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, fejn applikabbli;

(c) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr l-użu tal-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudelli interni stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b.

Artikolu 92 6.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkoli tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu msemmija fil-paragrafu 4 u tal-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju msemmija fil-paragrafu 5:

(a) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (d), (e) u (f), għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali kollha ta' istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti (b) sa (f), bi 12,5 .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit