|
+Artikolu 104 3. |
Artikolu 104 3.L-istituzzjonijiet ma għandhomx jassenjaw pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin lill-portafoll tan-negozjar:
(a)
strumenti speċifikati għar-realizzazzjoni tat-titolizzazzjoni;
(b)
strumenti relatati ma' parteċipazzjonijiet ta' proprjetà immobbli;
(c)
ekwitajiet mhux elenkati;
(d)
strumenti relatati mal-kreditu fil-livell tal-konsumatur u tal-SMEs;
(e)
pożizzjonijiet f'CIUs oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (f);
(f)
kuntratti tad-derivattivi u CIUs bi strument sottostanti wieħed jew aktar imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu;
(g)
strumenti miżmumin għall-iħħeġġjar ta' riskju partikolari ta' pożizzjoni waħda jew aktar fi strument imsemmi fil-punti (a) sa (f), (h) u (i) ta' dan il-paragrafu;
(h)
obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni, sakemm tali strumenti ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e), jew il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu;
(i)
strumenti f'fondi spekulattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|