+Artikolu 108 5.

Artikolu 108 5.

Għall-finijiet tal-paragrafu 4, is-self imsemmi f'dak il-paragrafu jista' jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-Approċċ Standardizzat “skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli” skont l-Artikoli 124 u 125 bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;

(b) 

għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ IRB, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-IRB “skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali” imsemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(ii), bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;

(c) 

ma jkun hemm l-ebda rahan ipotekarju fuq il-proprjetà residenzjali meta jingħata s-self u għas-self mogħti mill-1 ta' Jannar 2014 il-mutwatarju jkun kuntrattwalment marbut li ma jagħti l-ebda rahan ipotekarju mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni li oriġinarjament tkun tat is-self;

(d) 

il-fornitur tal-protezzjoni huwa fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, u għandu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2;

(e) 

il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni jew entità tas-settur finanzjarju soġġetta għal rekwiżiti ta' fondi proprji komparabbli għal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet jew għal impriżi tal-assigurazzjoni;

(f) 

il-fornitur tal-protezzjoni jkun stabbilixxa fond ta' garanzija reċiproka ffinanzjat bis-sħiħ jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jassorbu t-telf mir-riskju ta' kreditu, li l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi rrieżaminata perjodikament mill-awtorità kompetenti tiegħu u tkun soġġetta għal ittestjar għal stress perjodiku, tal-anqas kull sentejn;

(g) 

l-istituzzjoni għandha kuntrattwalment u legalment is-setgħa li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit