|
+Artikolu 133 4. |
Artikolu 133 4.L-iskoperturi ta' ekwità li ġejjin għal kumpaniji mhux elenkati għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 400 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu jew jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tnejn:
(a)
investimenti għal skopijiet ta' bejgħ mill-ġdid fuq terminu qasir;
(b)
investimenti f'ditti ta' kapital ta' riskju jew investimenti simili li jinkisbu b'antiċipazzjoni ta' qligħ kapitali sinifikanti fuq terminu qasir. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-investimenti f'ekwità fit-tul, inkluż investimenti f'ekwitajiet ta' klijenti korporattivi li magħhom l-istituzzjoni jkollha jew ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi relazzjoni ta' negozju fit-tul u konverżjonijiet ta' dejn f'ekwità għal finijiet ta' ristrutturar korporattiv, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 3 jew 5, kif ikun applikabbli. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investiment ta' ekwità fit-tul huwa investiment ta' ekwità li jinżamm għal tliet snin jew aktar jew li jiġġarrab bl-intenzjoni li jinżamm għal tliet snin jew aktar kif approvat mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|