+Artikolu 133 Skoperturi ta' ekwità
---+Artikolu 133 1.
---+Artikolu 133 2.
---+Artikolu 133 3.
---+Artikolu 133 4.
---+Artikolu 133 5.
---+Artikolu 133 6.
---+Artikolu 133 7.
|
Artikolu 133 Skoperturi ta' ekwità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 133 1.
|
Dawn kollha li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala skoperturi ta' ekwità:
(a)
kwalunkwe skopertura li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ma tkunx tista' tiġi rkuprata fis-sens li r-redditu tal-fondi investiti jista' jinkiseb biss bil-bejgħ tal-investiment jew bil-bejgħ tad-drittijiet għall-investiment jew bil-likwidazzjoni tal-emittent;
(ii)
ma tinkorporax obbligu min-naħa tal-emittent;
(iii)
twassal għal pretensjoni residwa fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;
(b)
strumenti li jkunu jikkwalifikaw bħala entrati ta' Grad 1 li kieku jinħarġu minn istituzzjoni;
(c)
strumenti li jinkorporaw obbligu min-naħa tal-emittent u jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-emittent ikun kapaċi jiddifferixxi s-saldu tal-obbligu b'mod indefinit;
(ii)
l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent;
(iii)
l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta' numru varjabbli ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent u, ceteris paribus, kwalunkwe bidla fil-valur tal-obbligu tkun attribwibbli għal, komparabbli ma', u fl-istess direzzjoni bħall-bidla fil-valur ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent;
(iv)
id-detentur tal-istrument ikollu l-għażla li jirrikjedi li l-obbligu jiġi ssaldat f'azzjonijiet ta' ekwità, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1)
fil-każ ta' strument innegozjat, l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-istrument huwa nnegozjat fis-suq aktar bħad-dejn tal-emittent milli bħall-ekwità tiegħu;
(2)
fil-każ ta' strumenti mhux innegozjati, l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-istrument għandu jiġi ttrattat bħala pożizzjoni ta' dejn;
(d)
obbligi ta' dejn u titoli oħrajn, sħubijiet, derivattivi jew strumenti oħrajn strutturati b'tali mod li s-sustanza ekonomika tkun simili għall-iskoperturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), inkluż obbligazzjonijiet li minnhom ir-redditu jkun marbut ma' dak tal-ekwitajiet;
(e)
skoperturi ta' ekwità li jkunu rreġistrati bħala self iżda li jirriżultaw minn konverżjoni ta' dejn f'ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), l-obbligazzjonijiet jinkludu dawk li jeħtieġu jew jippermettu s-saldu permezz tal-ħruġ ta' numru varjabbli tal-azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent, li għalihom il-bidla fil-valur monetarju tal-obbligu tkun ugwali għall-bidla fil-valur ġust ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità multiplikat b'fattur speċifikat, meta kemm il-fattur kif ukoll in-numru ta' ishma referenzjati jkunu fissi. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iv), meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt, l-istituzzjoni tista' tiddekomponi r-riskji għal finijiet regolatorji, soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 133 2.
|
L-investimenti ta' ekwità ma għandhomx jiġu ttrattati bħala skoperturi ta' ekwità fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
l-investimenti ta' ekwità huma strutturati b'tali mod li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għas-sustanza ekonomika tal-holdings ta' dejn li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1;
(b)
l-investimenti ta' ekwità jikkostitwixxu skoperturi ta' titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 133 3.
|
Skoperturi ta' ekwità, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 250 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu jew jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tnejn.
|
|
Artikolu 133 4.
|
L-iskoperturi ta' ekwità li ġejjin għal kumpaniji mhux elenkati għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 400 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu jew jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tnejn:
(a)
investimenti għal skopijiet ta' bejgħ mill-ġdid fuq terminu qasir;
(b)
investimenti f'ditti ta' kapital ta' riskju jew investimenti simili li jinkisbu b'antiċipazzjoni ta' qligħ kapitali sinifikanti fuq terminu qasir.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-investimenti f'ekwità fit-tul, inkluż investimenti f'ekwitajiet ta' klijenti korporattivi li magħhom l-istituzzjoni jkollha jew ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi relazzjoni ta' negozju fit-tul u konverżjonijiet ta' dejn f'ekwità għal finijiet ta' ristrutturar korporattiv, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 3 jew 5, kif ikun applikabbli. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investiment ta' ekwità fit-tul huwa investiment ta' ekwità li jinżamm għal tliet snin jew aktar jew li jiġġarrab bl-intenzjoni li jinżamm għal tliet snin jew aktar kif approvat mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 133 5.
|
L-istituzzjonijiet li jkunu rċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta' 100 % għal skoperturi ta' ekwità mġarrba taħt programmi leġiżlattivi biex jistimulaw setturi speċifikati tal-ekonomija, sal-parti ta' tali skoperturi ta' ekwità li b'mod aggregat ma taqbiżx l-10 % tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-programmi leġiżlattivi jipprovdu sussidji sinifikanti jew garanziji, inkluż minn banek multilaterali tal-iżvilupp, minn istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif iddefiniti fl-Artikolu 429a(2) jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-investiment lill-istituzzjoni;
(b)
il-programmi leġiżlattivi jinvolvu xi forma ta' sorveljanza tal-gvern;
(c)
il-programmi leġiżlattivi jinvolvu restrizzjonijiet fuq l-investiment ta' ekwità, bħal limitazzjonijiet fuq id-daqs u t-tipi ta' negozji li l-istituzzjoni tkun qed tinvesti fihom, fuq l-ammonti permissibbli ta' interessi proprjetarji, fuq il-pożizzjoni ġeografika u fuq fatturi rilevanti oħra li jillimitaw ir-riskju potenzjali tal-investiment għall-istituzzjoni li tinvesti.
|
|
Artikolu 133 6.
|
Skoperturi ta' ekwità għal banek ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 %.
|
|
Artikolu 133 7.
|
Parteċipazzjoni fl-ekwità li tiġi reġistrata bħala self iżda li tkun irriżultat minn konverżjoni ta' dejn f'ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn ma għandhiex tiġi assenjata piż tar-riskju aktar baxx mill-piż tar-riskju li jkun japplika li kieku l-parteċipazzjoni fl-ekwità kienet ittrattata bħala skopertura ta' dejn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|