|
+Artikolu 133 5. |
Artikolu 133 5.L-istituzzjonijiet li jkunu rċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta' 100 % għal skoperturi ta' ekwità mġarrba taħt programmi leġiżlattivi biex jistimulaw setturi speċifikati tal-ekonomija, sal-parti ta' tali skoperturi ta' ekwità li b'mod aggregat ma taqbiżx l-10 % tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-programmi leġiżlattivi jipprovdu sussidji sinifikanti jew garanziji, inkluż minn banek multilaterali tal-iżvilupp, minn istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif iddefiniti fl-Artikolu 429a(2) jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-investiment lill-istituzzjoni;
(b)
il-programmi leġiżlattivi jinvolvu xi forma ta' sorveljanza tal-gvern;
(c)
il-programmi leġiżlattivi jinvolvu restrizzjonijiet fuq l-investiment ta' ekwità, bħal limitazzjonijiet fuq id-daqs u t-tipi ta' negozji li l-istituzzjoni tkun qed tinvesti fihom, fuq l-ammonti permissibbli ta' interessi proprjetarji, fuq il-pożizzjoni ġeografika u fuq fatturi rilevanti oħra li jillimitaw ir-riskju potenzjali tal-investiment għall-istituzzjoni li tinvesti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|