|
+Artikolu 162 3. |
Artikolu 162 3.►M17 Meta d-dokumentazzjoni tkun teħtieġ rimarġinazzjoni ta' kuljum u rivalwazzjoni ta' kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront jew it-tpaċija tal-kollateral fil-każ ta' inadempjenza jew ta' nuqqas ta' rimarġinazzjoni, M għandu jkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet u M għandu jkun tal-inqas jum wieħed għal: ◄
(a)
strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi li huma elenkati fl-Anness II;
(b)
transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi;
(c)
transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti. Barra minn hekk, għal skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw li mhumiex parti minn iffinanzjar fis-seħħ tad-debitur mill-istituzzjoni, M għandha tkun tal-inqas ġurnata (1). Skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a)
skoperturi għal istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment li jirriżultaw mis-saldu ta’ obbligi ta’ kambju;
(b)
tranżazzjonijiet awtolikwidanti ta' finanzjament tal-kummerċ fuq terminu qasir u riċevibbli mixtrija korporattivi, dment li l-iskoperturi rispettivi jkollhom maturità residwa sa sena;
(c)
skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta’ xiri u bejgħ ta’ titoli bi żmien ta’ konsenja tipiku jew ta’ jumejn ta’ xogħol;
(d)
skoperturi li jirriżultaw minn saldu bi flus permezz ta’ trasferiment elettroniku u saldu ta’ transazzjonijiet elettroniċi ta’ pagament u spejjeż prepagati, inkluż self kurrenti li ġej minn transazzjonijiet li fallew li ma jaqbżux għadd miftiehem, qasir u fiss ta’ ġranet ta’ xogħol;
(e)
ittri ta' kreditu kemm maħruġin kif ukoll ikkonfermati li huma għal terminu qasir, jiġifieri, għandhom maturità ta' inqas minn sena, u li huma awtolikwidanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|