|
+Artikolu 180 2. |
Artikolu 180 2.Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tad-debitur jew tal-faċilità minn medji fit-tul ta' rati ta' inadempjenza ta' sena, u r-rati ta' inadempjenza għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-faċilità biss meta d-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu individwali skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu;
(b)
l-istimi tal-PDs jistgħu jinħarġu wkoll minn stima tat-total tat-telf u stimi adatti tal-LGDs;
(c)
l-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-data interna għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet bħala s-sors primarju ta’ informazzjoni sabiex jistmaw il-karatteristiċi tat-telf. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data esterna (inkluża data aggregata) jew mudelli statistiċi għall-kwantifikazzjoni jekk hemm iż-żewġ rabtiet mill-viċin li ġejjin:
(i)
bejn il-proċess tal-istituzzjoni ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet u l-proċess użat mis-sors tad-data esterna; u
(ii)
bejn il-profil ta’ riskju intern tal-istituzzjoni u l-kompożizzjoni tad-data esterna;
►C2
(d)
jekk l-istituzzjoni tidderivi l-istimi medji għal żmien twil tal-PD u l-LGD għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur minn stima ta' telf totali ◄ u stima adegwata tal-PD jew LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u l-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett tal-LGD kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 181(1);
(e)
irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta' data esterni, interni jew aggregati, jew inkella kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-anqas ħames snin għal tal-anqas sors wieħed;
(f)
l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-bidliet mistennija tal-parametri tar-riskju matul il-ħajja ta’ skoperturi għall-kreditu (effetti ta’ maturazzjoni). Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data ta’ referenza interna u esterna. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-sorsi ta’ data rilevanti kollha bħala punti ta’ paragun. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-PD għandha tkun ibbażata fuq ir-rata ta' inadempjenza medja storika osservata ta' sena. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), meta l-osservazzjoni disponibbli tkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u meta dik id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Id-data għandha tinkludi taħlita rappreżentattiva ta' snin tajbin u ħżiena taċ-ċiklu ekonomiku rilevanti għat-tip ta' skoperturi. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|