|
+Artikolu 197 4. |
Artikolu 197 4.Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
ikunu elenkati fi swieq rikonoxxuti;
(b)
jikkwalifikaw bħala dejn superjuri;
(c)
it-titoli kklassifikati kollha l-oħra maħruġin mill-istituzzjoni emittenti tal-istess prijorità għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet jew skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;
(d)
l-istituzzjoni mutwanti ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-ħruġ ikun jiġġustifika valutazzjoni tal-kreditu aktar baxxa minn dik indikata fil-punt (c);
(e)
il-likwidità tas-suq tal-istrument hija biżżejjed għal dawn il-finijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|