+Artikolu 197 Eliġibbiltà ta’ kollateral skont l-approċċi u l-metodi kollha
---+Artikolu 197 1.
---+Artikolu 197 2.
---+Artikolu 197 3.
---+Artikolu 197 4.
---+Artikolu 197 5.
---+Artikolu 197 6.
---+Artikolu 197 7.
---+Artikolu 197 8.
|
Artikolu 197 Eliġibbiltà ta’ kollateral skont l-approċċi u l-metodi kollha
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 197 1.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli skont l-approċċi u l-metodi kollha:
(a)
flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta’ flus miżmuma mill-istituzzjoni mutwanti;
▼M17
(b)
titoli ta’ dejn, maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni fejn:
(i)
l-ECAI jew l-aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2, 3 jew 4 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;
(c)
titoli ta’ dejn, maħruġa minn istituzzjonijiet, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:
(i)
l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;
(d)
titoli ta’ dejn, maħruġa minn entitajiet oħra, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:
(i)
l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;
(e)
titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu b’terminu qasir minn ECAI fejn:
(i)
l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi fuq terminu qasir skont il-Kapitolu 2;
▼B
(f)
ekwitajiet jew bonds konvertibbli li huma inklużi f’indiċi ewlieni;
▼M17
▼M5
(h)
pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni u li huma soġġetti għal piż ta’ riskju ta’ 100 % jew inqas skont l-Artikoli minn 261 sa 264 rispettivament.
▼B
|
|
Artikolu 197 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, “titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali” għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li għalihom l-iskoperturi huma ttratati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 115(2);
(b)
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 116(4);
(c)
titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117(2);
(d)
titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.
|
|
Artikolu 197 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, “titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet” għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali għajr dawk it-titoli ta’ dejn imsemmija f’punt (a) tal-paragrafu 2;
(b)
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku, li għalihom l-iskoperturi huma ttrattati skont l-Artikolu 116(1) u (2);
(c)
titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp għajr dawk li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117(2).
|
|
Artikolu 197 4.
|
Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
▼B
(a)
ikunu elenkati fi swieq rikonoxxuti;
(b)
jikkwalifikaw bħala dejn superjuri;
(c)
it-titoli kklassifikati kollha l-oħra maħruġin mill-istituzzjoni emittenti tal-istess prijorità għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet jew skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;
(d)
l-istituzzjoni mutwanti ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-ħruġ ikun jiġġustifika valutazzjoni tal-kreditu aktar baxxa minn dik indikata fil-punt (c);
(e)
il-likwidità tas-suq tal-istrument hija biżżejjed għal dawn il-finijiet.
|
|
Artikolu 197 5.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew ishma f’CIUs bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-prezz l-unitajiet jew l-ishma jkun kkwotat pubblikament kuljum;
▼C2
(b)
is-CIUs ikunu limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-paragrafi 1 u 4;
▼B
(c)
is-CIUs jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 132(3).
Fejn CIU tinvesti f’ishma jew unitajiet ta’ CIU oħra, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe tali CIU sottostanti. L-użu ta’ strumenti derivati minn CIU bħala hedge għal investimenti permessi ma għandux jipprevjeni unitajiet jew ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.
|
|
Artikolu 197 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fejn CIU (is-“CIU oriġinali”) jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha ma tkunx limitata għal investiment fi strumenti li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika dan li ġej:
(a)
fejn l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza msemmi fl-Artikolu 132a(1) jew l-Artikolu 152(2) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat imsemmi fl-Artikolu 132a(2) jew 152(5) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha jkunu investew fi strumenti mhux eliġibbli sal-limitu massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.
Meta kwalunkwe CIU sottostanti għandha hija stess CIUs sottostanti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet fis-CIU oriġinali bħala kollateral eliġibbli sakemm dawn japplikaw il-metodoloġija stipulata fl-ewwel subparagrafu Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
(a)
jikkalkulaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;
(b)
fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta’ dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.
|
|
Artikolu 197 7.
|
Fir-rigward tal-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1, fejn titolu jkollu żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valutazzjoni l-inqas favorevoli. Fejn titolu jkollu aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw iż-żewġ valutazzjonijiet l-aktar favorevoli. Fejn iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu l-aktar favorevoli jkunu differenti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-inqas favorevoli fost dawn it-tnejn.
|
|
Artikolu 197 8.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika dan li ġej:
(a)
l-indiċijiet ewlenin imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-punt (a) tal-Artikolu 198(1), fl-Artikolu 224(1) u (4), u fil-punt (e) tal-Artikolu 299(2);
(b)
il-boroż rikonoxxuti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-punt (a) tal-Artikolu 198(1), fl-Artikolu 224(1) u (4), fil-punt (e) tal-Artikolu 299(2), fil-punt (k) tal-Artikolu 400(2), fil-punt (e) tal-Artikolu 416(3), fil-punt (c) tal-Artikolu 428(1), u fil-punt 12 tal-Anness III, f’konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fil-punt (72) tal-Artikolu 4(1).
L-AETS għandha tissottometti dawn l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|