|
+Artikolu 221 7. |
Artikolu 221 7.Il-kalkolu tal-bidla potenzjali fil-valur imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun soġġett għall-istandards kollha li ġejjin:
(a)
għandu jitwettaq mill-inqas kuljum;
(b)
għandu jkun ibbażat fuq id-99 perċentil, b’interval ta’ kunfidenza unilaterali;
(c)
għandu jkun ibbażat fuq perijodu ta’ likwidazzjoni ekwivalenti ta’ 5 ijiem, għajr fil-każ ta’ transazzjonijiet li mhumiex transazzjonijiet ta’ riakkwist ta’ titoli jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fejn għandu jintuża perijodu ta’ liwidazzjoni ekwivalenti għal 10 ijiem;
(d)
għandu jkun ibbażat fuq perijodu storiku ta’ osservazzjoni effettiv ta’ mhux inqas min sena għajr fejn perijodu ta’ osservazzjoni iqsar huwa ġustifikat minn qabża 'l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;
(e)
is-sett ta’ data użat fil-kalkolu għandu jiġi aġġornat kull tliet xhur. Fejn l-istituzzjoni għandha transazzjoni ta’ riakkwist, transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti u self b’marġni jew transazzjoni simili jew sett ta’ netting li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 285(2), (3) u (4), il-perijodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perijodu b’riskju ta’ marġni li jkun japplika skont dawk il-paragrafi, flimkien mal-Artikolu 285(5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|