+Artikolu 229 1.

Artikolu 229 1.

Il-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-valur jiġi stmat b'mod indipendenti mill-akkwiżizzjoni ipotekarja, mill-ipproċessar tas-self u mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni dwar is-self ta' istituzzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni;

(b) 

il-valur jiġi stmat bl-użu ta' kriterji ta' valwazzjoni prudentement konservattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

il-valur jeskludi l-aspettattivi fuq iż-żidiet fil-prezzijiet;

(ii) 

il-valur jiġi aġġustat biex iqis il-potenzjal li l-valur tas-suq attwali jkun ogħla b'mod sinifikanti mill-valur li jkun sostenibbli matul il-ħajja tas-self;

(c) 

il-valur ikun dokumentat b'mod trasparenti u ċar;

(d) 

il-valur ma jkunx ogħla minn valur tas-suq għall-proprjetà immobbli fejn jista' jiġi ddeterminat it-tali valur tas-suq;

(e) 

meta l-proprjetà tiġi rivalutata, il-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-valur medju mkejjel għal dik il-proprjetà, jew għal proprjetà komparabbli matul l-aħħar sitt snin għal proprjetà residenzjali jew tmien snin għal proprjetà immobbli kummerċjali jew il-valur fl-oriġinazzjoni, skont liema jkun l-ogħla.

Għall-fini tal-kalkolu tal-valur medju, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja tal-valuri tal-proprjetà osservati f'intervalli ugwali u l-perjodu ta' referenza għandu jinkludi mill-inqas tliet punti ta' data.

Għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur medju, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-valuri ta' proprjetà f'konformità mal-Artikolu 208(3). Il-valur tal-proprjetà jista' jaqbeż dak il-valur medju jew il-valur fl-oriġinazzjoni, kif applikabbli, f'każ ta' modifiki magħmula lill-proprjetà li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha, bħal titjib fil-prestazzjoni enerġetika jew titjib fir-reżiljenza, il-protezzjoni u l-adattament għar-riskji fiżiċi tal-bini jew tal-unità ta' akkomodazzjoni. Il-valur tal-proprjetà ma għandux jiġi rivalutat 'il fuq jekk l-istituzzjonijiet ma għandhomx biżżejjed data biex jikkalkulaw il-valur medju ħlief jekk iż-żieda tal-valur tkun ibbażata fuq modifiki li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha.

Il-valwazzjoni ta' proprjetà immobbli għandha tqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà, sakemm ma titqiesx pretensjoni preċedenti fil-kalkolu tal-ammont gross tal-iskopertura skont l-Artikolu 124(6), il-punt (c), jew bħala li tnaqqas l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà skont l-Artikolu 125(1) jew l-Artikolu 126(1), u tirrifletti, fejn applikabbli, ir-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit