+Artikolu 229 Prinċipji ta' valwazzjoni għal kollateral eliġibbli għajr kollateral finanzjarju
---+Artikolu 229 1.
---+Artikolu 229 2.
---+Artikolu 229 3.
---+Artikolu 229 4.

Artikolu 229 Prinċipji ta' valwazzjoni għal kollateral eliġibbli għajr kollateral finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 229 1.

Il-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-valur jiġi stmat b'mod indipendenti mill-akkwiżizzjoni ipotekarja, mill-ipproċessar tas-self u mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni dwar is-self ta' istituzzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni;

(b) 

il-valur jiġi stmat bl-użu ta' kriterji ta' valwazzjoni prudentement konservattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

il-valur jeskludi l-aspettattivi fuq iż-żidiet fil-prezzijiet;

(ii) 

il-valur jiġi aġġustat biex iqis il-potenzjal li l-valur tas-suq attwali jkun ogħla b'mod sinifikanti mill-valur li jkun sostenibbli matul il-ħajja tas-self;

(c) 

il-valur ikun dokumentat b'mod trasparenti u ċar;

(d) 

il-valur ma jkunx ogħla minn valur tas-suq għall-proprjetà immobbli fejn jista' jiġi ddeterminat it-tali valur tas-suq;

(e) 

meta l-proprjetà tiġi rivalutata, il-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-valur medju mkejjel għal dik il-proprjetà, jew għal proprjetà komparabbli matul l-aħħar sitt snin għal proprjetà residenzjali jew tmien snin għal proprjetà immobbli kummerċjali jew il-valur fl-oriġinazzjoni, skont liema jkun l-ogħla.

Għall-fini tal-kalkolu tal-valur medju, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja tal-valuri tal-proprjetà osservati f'intervalli ugwali u l-perjodu ta' referenza għandu jinkludi mill-inqas tliet punti ta' data.

Għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur medju, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-valuri ta' proprjetà f'konformità mal-Artikolu 208(3). Il-valur tal-proprjetà jista' jaqbeż dak il-valur medju jew il-valur fl-oriġinazzjoni, kif applikabbli, f'każ ta' modifiki magħmula lill-proprjetà li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha, bħal titjib fil-prestazzjoni enerġetika jew titjib fir-reżiljenza, il-protezzjoni u l-adattament għar-riskji fiżiċi tal-bini jew tal-unità ta' akkomodazzjoni. Il-valur tal-proprjetà ma għandux jiġi rivalutat 'il fuq jekk l-istituzzjonijiet ma għandhomx biżżejjed data biex jikkalkulaw il-valur medju ħlief jekk iż-żieda tal-valur tkun ibbażata fuq modifiki li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha.

Il-valwazzjoni ta' proprjetà immobbli għandha tqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà, sakemm ma titqiesx pretensjoni preċedenti fil-kalkolu tal-ammont gross tal-iskopertura skont l-Artikolu 124(6), il-punt (c), jew bħala li tnaqqas l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà skont l-Artikolu 125(1) jew l-Artikolu 126(1), u tirrifletti, fejn applikabbli, ir-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3).

Artikolu 229 2.
Għar-riċevibbli, il-valur tar-riċevibbli għandu jkun l-ammont riċevibbli.
Artikolu 229 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-kollateral fiżiku għajr il-proprjetà immobbli daqs il-valur tas-suq tiegħu. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-valur tas-suq huwa l-prezz stmat tal-proprjetà kieku kellha tinbiegħ fi transazzjoni distakkata bejn xerrej u bejjiegħ fid-data tal-valutazzjoni.
Artikolu 229 4.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tat-terminu “proprjetà komparabbli”, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e).

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit