+Artikolu 314 5.

Artikolu 314 5.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tas-servizzi għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-formula li ġejja:

SC = max (OI, OE) + max (FI, FE)

fejn:

SC

= il-komponent tas-servizzi;

OI

= l-introjtu operatorju l-ieħor, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-introjtu tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f'elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta' natura simili;

OE

= l-ispejjeż operatorji l-oħrajn, li huma l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-ispejjeż u tat-telf tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f'elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta' natura simili, u minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali;

FI

= il-komponent tal-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-introjtu tal-istituzzjoni riċevut mill-għoti ta' pariri u ta' servizzi, inkluż l-introjtu riċevut mill-istituzzjoni bħala esternalizzatur tas-servizzi finanzjarji;

FE

= il-komponent tal-ispejjeż tat-tariffi u tal-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-ispejjeż tal-istituzzjoni mħallsa biex tirċievi pariri u servizzi, inkluż it-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin mill-istituzzjoni għall-provvista ta' servizzi finanzjarji, iżda esklużi t-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta' servizzi mhux finanzjarji.

Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, u sal-punt li l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sistemi xierqa u stabbiliti b'mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni ta' riskji operazzjonali, l-istituzzjonijiet li huma membri ta' skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) jistgħu jikkalkulaw il-komponent tas-servizzi nett minn kwalunkwe introjtu riċevut minn jew spejjeż imħallsa lill-istituzzjonijiet, li huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali. Kwalunkwe telf li jirriżulta mir-riskji operazzjonali relatati huwa soġġett għal mutwalizzazzjoni fost il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit