|
+Artikolu 318 1. |
Artikolu 318 1.Għall-finijiet tal-Artikolu 316(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw għal kull avveniment ta' riskju operazzjonali telf nett kif ġej: telf nett = telf gross – irkupru fejn:
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu fuq bażi kontinwa kalkolu aġġornat tat-telf nett għal kull avveniment speċifiku ta' riskju operazzjonali. Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-kalkolu tat-telf nett fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet osservati jew stmati tat-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mill-aħħar 10 snin finanzjarji. Meta t-telf, marbut mal-istess avveniment ta' riskju operazzjonali, jiġi osservat matul snin finanzjarji multipli f'dak il-perjodu ta' żmien ta' 10 snin, l-istituzzjoni għandha tikkalkula u żżomm aġġornat:
(a)
it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mis-snin finanzjarji tal-perjodu ta' żmien ta' 10 snin fejn dawk it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru ġew irreġistrati;
(b)
it-telf nett aggregat, it-telf gross aggregat u l-irkupru aggregat tas-snin finanzjarji rilevanti kollha tal-perjodu ta' żmien ta' 10 snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|