+Artikolu 325q 7.

Artikolu 325q 7.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 3, istituzzjoni tista’ tissostitwixxi, bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, il-munita tar-rapportar tagħha b’munita oħra (“il-munita bażi”) fir-rati kollha tal-kambju spot biex tesprimi l-fatturi ta’ riskju delta u ta’ kurvatura tal-kambju fejn dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-istituzzjoni tuża biss munita bażi waħda;

(b) 

l-istituzzjoni tapplika l-munita bażi b’mod konsistenti għall-pożizzjonijiet kollha tagħha fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;

(c) 

l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li:

(i) 

l-użu tal-munita bażi magħżula jipprovdi rappreżentazzjoni xierqa tar-riskju għall-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet soġġetti għar-riskji tal-kambju;

(ii) 

l-għażla tal-munita bażi hija kompatibbli mal-mod kif l-istituzzjoni timmaniġġja dawk ir-riskji tal-kambju internament;

(iii) 

l-għażla tal-munita bażi mhijiex motivata primarjament mix-xewqa li jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni;

(d) 

l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut mal-qlib mill-munita tar-rapportar għall-munita bażi.

Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tuża munita bażi kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tikkonverti r-rekwiżit ta’ fondi proprji li jirriżulta għar-riskju tal-kambju fil-munita ta’ rapportar billi tuża r-rata tal-kambju spot prevalenti bejn il-munita bażi u l-munita tar-rapportar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit