+Artikolu 325q Fatturi ta' riskju tal-kambju
---+Artikolu 325q 1.
---+Artikolu 325q 2.
---+Artikolu 325q 3.
---+Artikolu 325q 4.
---+Artikolu 325q 5.
---+Artikolu 325q 6.
---+Artikolu 325q 7.
|
Artikolu 325q Fatturi ta' riskju tal-kambju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325q 1.
|
Il-fatturi tar-riskju delta tal-kambju li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-kambju għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot kollha bejn il-munita li fiha huwa ddenominat l-istrument u l-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tkun qed tuża munita bażi f’konformità mal-paragrafu 7. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta’ muniti akkoppjati, li jkun jinkludi fattur ta’ riskju uniku u sensittività netta unika.
|
|
Artikolu 325q 2.
|
Il-fatturi vega ta' riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal drittijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati. Dawk il-volatilitajiet implikati għandhom jiġu kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tad-drittijiet korrispondenti soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 ta' sena, sena (1), 3 snin, 5 snin u 10 snin.
|
|
Artikolu 325q 3.
|
Il-fatturi ta’ riskju ta’ kurvatura tal-kambju li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti b’sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-fatturi ta’ riskju delta tal-kambju msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 325q 4.
|
L-istituzzjonijiet m'għandhomx jintalbu jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha ta' riskju delta, vega u ta' kurvatura tal-kambju.
|
|
Artikolu 325q 5.
|
Meta rata tal-kambju li tkun il-varjabbli sottostanti ta’ strument i li jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura la tkun tirreferi għall-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni u lanqas għall-munita bażi tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni tista’ tiddividi l-komponenti korrispondenti  b’1,5 u  stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 325g fejn xk
huwa l-fattur ta’ riskju tal-kambju bejn wieħed miż-żewġ muniti tas-sottostanti u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 325q 6.
|
Bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, istituzzjoni tista’ tiddividi, b’1,5 %, il-komponenti  u  stabbiliti fl-Artikolu 325g(2) b’mod konsistenti għall-fatturi tar-riskju tal-kambju kollha tal-istrumenti li jirrigwardaw il-kambju u soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura, dment li ċ-ċaqliq ikun applikat b’mod simultanju għall-fatturi ta’ riskju tal-kambju kollha bbażati fuq il-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, skont kif applikabbli, li jkunu inklużi fl-ikkalkular ta’ dawk il-komponenti.
|
|
Artikolu 325q 7.
|
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 3, istituzzjoni tista’ tissostitwixxi, bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, il-munita tar-rapportar tagħha b’munita oħra (“il-munita bażi”) fir-rati kollha tal-kambju spot biex tesprimi l-fatturi ta’ riskju delta u ta’ kurvatura tal-kambju fejn dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
l-istituzzjoni tuża biss munita bażi waħda;
(b)
l-istituzzjoni tapplika l-munita bażi b’mod konsistenti għall-pożizzjonijiet kollha tagħha fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;
(c)
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li:
(i)
l-użu tal-munita bażi magħżula jipprovdi rappreżentazzjoni xierqa tar-riskju għall-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet soġġetti għar-riskji tal-kambju;
(ii)
l-għażla tal-munita bażi hija kompatibbli mal-mod kif l-istituzzjoni timmaniġġja dawk ir-riskji tal-kambju internament;
(iii)
l-għażla tal-munita bażi mhijiex motivata primarjament mix-xewqa li jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni;
(d)
l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut mal-qlib mill-munita tar-rapportar għall-munita bażi.
Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tuża munita bażi kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tikkonverti r-rekwiżit ta’ fondi proprji li jirriżulta għar-riskju tal-kambju fil-munita ta’ rapportar billi tuża r-rata tal-kambju spot prevalenti bejn il-munita bażi u l-munita tar-rapportar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|