|
+Artikolu 325ba 2. |
Artikolu 325ba 2.L-istituzzjonijiet li għandhom pożizzjonijiet fi strumenti ta' dejn u ekwità negozjati li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza u assenjati għall-postijiet tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, espress bħala l-ogħla mill-valuri li ġejjin:
(a)
l-iktar rekwiżit reċenti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza, ikkalkulat f'konformità mat-Taqsima 3;
(b)
il-medja tal-ammont imsemmi fil-punt (a) matul it-12-il ġimgħa ta' qabel. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għall-parteċipazzjonijiet tal-istrumenti ta' dejn proprji tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|