+Artikolu 325ba Rekwiżiti ta' fondi proprji meta jintużaw mudelli interni alternattivi
---+Artikolu 325ba 1.
---+Artikolu 325ba 2.
---+Artikolu 325ba 3.

Artikolu 325ba Rekwiżiti ta' fondi proprji meta jintużaw mudelli interni alternattivi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325ba 1.

Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a) 

it-total tal-valuri li ġejjin:

(i) 

il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb (ESt-1), u

(ii) 

il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 (SSt-1); jew

(b) 

it-total tal-valuri li ġejjin:

(i) 

il-medja tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni ta' kuljum ta' istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (ESmedja), multiplikata bil-fattur ta' multiplikazzjoni (mc); u

(ii) 

il-medja tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' kuljum ta' istituzzjoni kkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (SSmedja).

Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu ta' mudell intern f'konformità mal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tinkludi l-firxiet tal-kreditu tagħha stess fil-kalkolu tal-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) għal pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-dejn proprji tal-istituzzjoni.

Artikolu 325ba 2.

L-istituzzjonijiet li għandhom pożizzjonijiet fi strumenti ta' dejn u ekwità negozjati li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza u assenjati għall-postijiet tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, espress bħala l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(a) 

l-iktar rekwiżit reċenti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza, ikkalkulat f'konformità mat-Taqsima 3;

(b) 

il-medja tal-ammont imsemmi fil-punt (a) matul it-12-il ġimgħa ta' qabel.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għall-parteċipazzjonijiet tal-istrumenti ta' dejn proprji tagħha.

Artikolu 325ba 3.

Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar u għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

AIMA

= is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

PLAaddon

= ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 325bg(2);

ASAnon-aima

= ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkulati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fl-Artikolu 325(1), punt (a) għall-portafoll tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet li għalihom l-istituzzjoni tkun tuża l-approċċ standardizzat alternattiv sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq;

ASAallportfolio

= ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkulati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (a), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar u għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet;

ASAaima

= ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkulati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (a), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet li għalihom l-istituzzjoni tkun tuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit