Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta’ likwidità effettiv ta’ fattur ta’ riskju mudellabbli partikolari ta’ pożizzjoni partikolari tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
▼M8
|
EffectiveLH =
|
|
SubCatLH if Mat > LH5
|
|
min (SubCatLH, minj{LHj/LHj ≥ Mat}) if LH1 ≤ Mat ≤ LH5
|
|
LH1
if Mat < LH1
|
fejn:
|
EffectiveLH
|
=
|
il-perijodu ta' likwidità effettiv;
|
|
Mat
|
=
|
il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar;
|
|
SubCatLH
|
=
|
it-tul tal-perijodu ta' likwidità tal-fattur ta' riskju mudellabbli ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 1; u
|
|
minj {LHj/LHj ≥ Mat}
|
=
|
it-tul ta' wieħed mill-perijodi ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc li huwa l-eqreb perijodu ta' likwidità li jaqbeż il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar.
|