+Artikolu 336 1.

Artikolu 336 1.

L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-portafoll tan-negozjar fi strumenti li mhumiex pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif ikkalkulati skont l-Artikolu 327 lill-kategoriji xierqa tat-Tabella 1 fuq il-bażi tal-emittent jew id-debitur, il-valutazzjoni tal-kreditu esterna jew interna, u l-maturità reżidwa tagħhom, u mbagħad timmultiplikahom bl-ippeżar muri f’dik it-tabella. Sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tagħha, hija għandha tgħodd il-pożizzjonijiet ippeżati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk ikunux pożizzjonijiet twal jew qosra.



Tabella 1

Kategoriji

Kategoriji

Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu.

0  %

Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 20 % jew 50 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu u għal elementi oħra li jikkwalifikaw kif definit fil-paragrafu 4.

0,25 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta’ sitt xhur jew inqas)

1,00 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta' iżjed minn sitt xhur u sa 24 xahar, inklużi)

1,60 % (terminu reżidwu sal-maturità li jaqbeż l-24 xahar)

Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 100 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu.

8,00  %

Dejn li jirċievi piż tar-riskju ta’ 150 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu.

12,00  %

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit