|
+Artikolu 383a 4. |
Artikolu 383a 4.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
kif il-firxiet ta' approssimazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandhom jiġu ddeterminati mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza;
(b)
elementi tekniċi ulterjuri li l-istituzzjonijiet għandhom iqisu meta jikkalkulaw t-telf fil-każ ta' inadempjenza mistenni tal-kontroparti, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti u l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti u s-CVA, kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(c)
liema strumenti oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), huma xierqa sabiex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti u kif l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu din l-istima. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|