|
+Artikolu 430 9. |
Artikolu 430 9.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk l-istituzzjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandhomx jirrapportaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f'konformità mal-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjonijiet rilevanti mhumiex diġà qegħdin jirrapportaw fuq bażi konsolidata;
(b)
l-istituzzjonijiet rilevanti huma soġġetti għal qafas ta' kontabbiltà f'konformità mad-Direttiva 86/635/KEE;
(c)
ir-rappurtar finanzjarju huwa meqjus neċessarju biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil ta' riskju tal-attivitajiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u tar-riskji sistemiċi li jippreżentaw għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stipulati fih. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|