|
+Artikolu 35a 1. |
Artikolu 35a 1.Bħala salvagwardja għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistemi ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jitolbu l-parteċipazzjoni u li jipparteċipaw f’sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE għandu jkollhom fis-seħħ dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament;
(b)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għas-servizzi ta’ pagament jew għas-servizzi tal-flus elettroniċi li jkun beħsiebu jipprovdi, inkluż il-proċeduri amministrattivi, tal-ġestjoni tar-riskju u kontabilistiċi, tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi u deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-użu ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, relatati mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ); u
(c)
pjan ta’ stralċ f’każ ta’ falliment. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu:
(a)
meta l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tissalvagwardja l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament billi tiddepożita fondi f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu jew permezz ta’ investiment f’assi siguri, likwidi u b’riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, id-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għal tali salvagwardja għandu jkun fiha, kif applikabbli:
(i)
deskrizzjoni tal-politika ta’ investiment biex jiġi żgurat li l-assi li jintgħażlu jkunu likwidi, siguri u b’riskju baxx;
(ii)
in-numru ta’ persuni li għandhom aċċess għall-kont ta’ salvagwardja u l-funzjonijiet tagħhom;
(iii)
deskrizzjoni tal-proċess amministrattiv u ta’ rikonċiljazzjoni biex jiġi żgurat li l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikunu protetti fl-interess tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra pretensjonijiet ta’ kredituri oħra tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza;
(iv)
kopja tal-abbozz ta’ kuntratt mal-istituzzjoni ta’ kreditu;
(v)
dikjarazzjoni espliċita mill-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ta’ konformità mal-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva;
(b)
meta l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tissalvagwardja l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament permezz ta’ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu, id-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għal tali salvagwardja għandu jkun fiha dan li ġej:
(i)
konferma li l-polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu hija minn entità li mhijiex parti mill-istess grupp ta’ ditti bħall-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(ii)
dettalji tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-polza tal-assigurazzjoni jew il-garanzija komparabbli tkun biżżejjed biex tissodisfa l-obbligi ta’ salvagwardja tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi f’kull ħin;
(iii)
it-tul ta’ żmien u t-termini tat-tiġdid tal-kopertura;
(iv)
kopja tal-ftehim ta’ assigurazzjoni jew tal-garanzija komparabbli, jew abbozzi tagħhom. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), id-deskrizzjoni għandha turi li l-arranġamenti ta’ governanza, il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-arranġamenti għall-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni kif imsemmi f’dak il-punt huma proporzjonati, xierqa, sodi u adegwati. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għandhom jinkludu:
(a)
immappjar tar-riskji identifikati mill-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, inkluż it-tip ta’ riskji u l-proċeduri li l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom fis-seħħ jew ser jistabbilixxu biex jivvalutaw u jipprevjenu tali riskji;
(b)
il-proċeduri differenti sabiex jitwettqu kontrolli perjodiċi u permanenti, inkluż il-frekwenza u r-riżorsi umani allokati;
(c)
il-proċeduri kontabilistiċi li bihom l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tirreġistra u tirrapporta l-informazzjoni finanzjarja tagħha;
(d)
l-identità tal-persuna jew tal-persuni responsabbli għall-funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż għall-kontroll perjodiku, permanenti u tal-konformità, kif ukoll curriculum vitae aġġornata ta’ dik il-persuna jew dawk il-persuni;
(e)
l-identità ta’ kwalunkwe awditur li ma jkunx awditur statutorju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tad-Direttiva 2006/43/KE;
(f)
il-kompożizzjoni tal-korp maniġerjali u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe korp jew kumitat ta’ sorveljanza ieħor;
(g)
deskrizzjoni tal-mod kif il-funzjonijiet esternalizzati jiġu mmonitorjati u kkontrollati sabiex jiġi evitat tfixkil fil-kwalità tal-kontrolli interni tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(h)
deskrizzjoni tal-mod li bih kwalunkwe aġent u fergħa huma mmonitorjati u kkontrollati fi ħdan il-qafas tal-kontrolli interni tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(i)
meta l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tkun is-sussidjarju ta’ entità regolata fi Stat Membru ieħor, deskrizzjoni tal-governanza tal-grupp. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-pjan ta’ stralċ għandu jiġi adattat għad-daqs u l-mudell tan-negozju previst tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi u għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizzi ta’ pagament tiegħu, li jiżguraw l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament pendenti u t-terminazzjoni ta’ kuntratti eżistenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|