+Artikolu 5 Divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet suspettużi
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
|
Artikolu 5 Divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet suspettużi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Meta l-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 minn fergħat u minn sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma stabbiliti fil-pajjiż terz ma' entitajiet oħra fil-grupp tagħhom, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom minn tal-inqas:
|
(a)
|
jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 28 jum wara l-identifikazzjoni tal-pajjiż terz, b'dan li ġej:
|
(i)
|
isem il-pajjiż terz ikkonċernat;
|
|
(ii)
|
kif l-implimentazzjoni tal-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kondiviżjoni jew l-ipproċessar tal-kontenut tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 identifikata minn fergħa u sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita f'pajjiż terz ma' entitajiet oħra fil-grupp tagħhom;
|
|
|
(b)
|
jirrikjedu lill-fergħa jew lis-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni ta' kreditu jew tal-istituzzjoni finanzjarja sabiex dan ikun jista' jivvaluta r-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mal-operazzjoni ta' tali fergħa jew sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma u l-impatt li dan għandu fuq il-grupp, bħal:
|
(i)
|
l-għadd ta' tranżazzjonijiet suspettużi rrapportati fi żmien perjodu stabbilit;
|
|
(ii)
|
data statistika aggregata li tipprovdi ħarsa ġenerali taċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għas-suspett.
|
|
|
|
Artikolu 5 2
|
2. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu miżuri addizzjonali kif ukoll il-miżuri standard tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u li jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 biex iwettqu ġestjoni tar-riskju.
Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu miżura addizzjonali waħda jew aktar minn fost dawk stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) u minn (g) sa (i) tal-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarja ma jkunux jistgħu effettivament iwettqu ġestjoni tar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu billi japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandhom jagħlqu wħud mill-operazzjonijiet jew l-operazzjonijiet kollha provduti mill-fergħa jew mis-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma tagħhom stabbiliti fil-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddeterminaw l-iskala tal-miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fuq bażi ta' sensittività għar-riskju u jkunu kapaċi juru bil-provi lill-awtorità kompetenti tagħhom li l-iskala tal-miżuri addizzjonali hija adattata fid-dawl tar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|