|
+Artikolu 10 |
Artikolu 10Artikolu 10 1. Hekk kif isir l-iżbark jew it-trasbord tad-Dissostichus spp. il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat li jkun irċieva wieħed jew iktar formoli ta' dokumenti ta' qbid għandu: (a) f'każ ta' trasbord, jikseb il-firma fuq id-dokument ta' qbid tal-kaptan tal-bastiment fuq liema il-qabda tkun trasbordata; (b) f'każ ta' żbark, għandu jikseb għal fuq id-dokument ta' qbid — validazzjoni ffirmata u ttimbrata minn uffiċjal responsabbli ta' l-Istat tal-Port ta' l-iżbarkar jew iż-żona ta' kummerċ ħieles li qed taġixxi taħt id-direzzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana jew tas-sajd ta' l-Istat tal-Port u li hija kompetenti fir-rigward tal-validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus spp., u — il-firma tal-persuna li jirċievi l-qabda fil-port ta' l-iżbark jew f'żona ta' kummerċ ħieles. 2. F'każ li l-qabda tkun separata ma' l-iżbark, l-istess kaptan jew r-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jippreżenta kopja tad-dokument ta' qbid lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles. Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jirreġistra fuq il-kopja tad-dokument ta' qbid l-ammont u l-oriġini tal-qabda li rċeviet dik il-persuna u jikseb il-firma tagħhom. L-informazzjoni dwar id-dokument ta' qbid f'dan il-paragrafu jista' jkun emendat sabiex japplika miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) li jsiru obbligatorji fuq il-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3). 3. L-istess kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jiffirma u jgħaddi bl-iktar mod elettroniku effiċjenti li qiegħed għad-disposizzjoni tiegħu kopja jew, jekk il-qabda żbarkata kienet separata, kopji tad-dokumenti ta' qbid iffirmati lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment. Hu għandu jipprovdi wkoll kopja tad-dokument iffirmat lil kull pertsuna li tirċievi parti mill-qabda. Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|