+KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12

KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.

KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8

Artikolu 8

1.  Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità għandu jassigura li kull sbarkazzjoni jew trasbord tad-Dissostichus spp. fil-jew mill-bastiment tiegħu jkun akkumpanjat minn dokument ta' qbid komplut.

2.  Il-Kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jkun irċieva wieħed jew iktar formoli ta' dokumenti ta' qbid għandu jsegwi l-proċeduri kif ġej qabel kull żbarkazzjoni jew trasbord tad-Dissostichus spp.:

(a) hu għandu jassigura li kull informazzjoni obbligatorja elenkata fl-Anness I tkun reġistrata bir-reqqa fuq id-dokument ta' qbid;

(b) jekk l-iżbark jew it-trasbord jinkludi qabda taż-żewġ speċi ta' Dissostichus, il-kaptan għandu jirreġistra fid-dokument tal-qabda stima tal-piż totali tal-qabda li għandha tiġi żbarkata jew trasbordata u jindika stima tal-piż ta' kull speċi;

(ċ) jekk żbarkazzjoni jew trasbord jinkludi qabda taż-żewġ speċi ta' Dissostichus li jkunu meħudin minn sub-żoni differenti u/jew diviżjonijiet ta' statistika, il-kaptan għandu jirreġistra fid-dokument ta' qbid stima tal-piż ta' kull speċi meħuda minn kull żona u/jew diviżjonijiet ta' l-istatistika;

(d) il-kaptan għandu jgħaddi lill-Istat Membru fejn ikun reġistrat il-bastiment, bl-iktar mod elettroniku effiċjenti li għandu għad-disposizzjoni tiegħu, in-numru tad-dokument ta' qbid, id-dati ta' meta saret il-qabda, l-ispeċi, it-tip jew tipi ta' proċessar, l-istima ta' piż li se tiġi żbarkata u ż-żona jew żoni tal-qabda, id-data ta' l-iżbarkazzjoni jew trasbord u l-port u l-pajjiż ta' l-iżbarkazzjoni jew tal-bastiment tat-trasbord u għandu jitlob numru ta' konferma mill-iStat Membru ta' fejn saret ir-reġistrazzjoni.

Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-punt tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 9

Artikolu 9

▼M1

Wara li jivverifika, permezz ta’ l-użu tar-rapporti tad-data miksuba permezz tas-sistema tal-kontroll tal-bastiment b’satellita awtomatizzata li hija protetta kontra t-tbagħbis (VMS), li ż-żona li fiha saret is-sajda u li l-qabda li għandha tkun miġjuba fuq l-art jew trasbordata kif irrappurtata mill-bastiment tagħha hija reġistrata b’mod preċiż u konsistenti ma’ l-awtorizzazzjoni tiegħhu biex tistad, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħti n-numra ta’ konferma lill-kaptan bil-mezz tal-komunikazzjoni elettroniku l-aktar mgħaġġel.

Il-kaptan għandu jdaħħal in-numru tal-konferma fuq id-dokument tal-qabda.

▼B

Ir-regola ta' l-implimentazzjoni għal dan l-artikolu jista' jiġi adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 10

Artikolu 10

1.  Hekk kif isir l-iżbark jew it-trasbord tad-Dissostichus spp. il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat li jkun irċieva wieħed jew iktar formoli ta' dokumenti ta' qbid għandu:

(a) f'każ ta' trasbord, jikseb il-firma fuq id-dokument ta' qbid tal-kaptan tal-bastiment fuq liema il-qabda tkun trasbordata;

(b) f'każ ta' żbark, għandu jikseb għal fuq id-dokument ta' qbid

▼M2

— validazzjoni ffirmata u ttimbrata minn uffiċjal responsabbli ta' l-Istat tal-Port ta' l-iżbarkar jew iż-żona ta' kummerċ ħieles li qed taġixxi taħt id-direzzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana jew tas-sajd ta' l-Istat tal-Port u li hija kompetenti fir-rigward tal-validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus spp., u

▼B

— il-firma tal-persuna li jirċievi l-qabda fil-port ta' l-iżbark jew f'żona ta' kummerċ ħieles.

2.  F'każ li l-qabda tkun separata ma' l-iżbark, l-istess kaptan jew r-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jippreżenta kopja tad-dokument ta' qbid lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles. Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jirreġistra fuq il-kopja tad-dokument ta' qbid l-ammont u l-oriġini tal-qabda li rċeviet dik il-persuna u jikseb il-firma tagħhom.

L-informazzjoni dwar id-dokument ta' qbid f'dan il-paragrafu jista' jkun emendat sabiex japplika miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) li jsiru obbligatorji fuq il-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3).

3.  L-istess kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jiffirma u jgħaddi bl-iktar mod elettroniku effiċjenti li qiegħed għad-disposizzjoni tiegħu kopja jew, jekk il-qabda żbarkata kienet separata, kopji tad-dokumenti ta' qbid iffirmati lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment. Hu għandu jipprovdi wkoll kopja tad-dokument iffirmat lil kull pertsuna li tirċievi parti mill-qabda.

Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 11

Artikolu 11

Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jżomm id-dokument jew dokumenti ta' qbid iffirmati u oriġinali u jibgħathom lura lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni sa mhux iktar tard minn xahar wara it-tmiem ta' l-istaġun tas-sajd.

Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 12

Artikolu 12

1.  Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità fuq liema il-qabda ġiet trasbordata għandu, minnufih wara l-iżbark tad-Dissostichus spp., jikseb għal fuq id-dokument ta' qbid li huwa rċieva mill-bastimenti trasbordanti:

▼M2

— validazzjoni ffirmata u ttimbrata minn uffiċjal responsabbli ta' l-Istat tal-Port ta' l-iżbarkar jew iż-żona ta' kummerċ ħieles li qed taġixxi taħt id-direzzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana jew tas-sajd ta' l-Istat tal-Port u li hija kompetenti fir-rigward tal-validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus spp., u

▼B

— il-firma tal-persuna li tirċievi il-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles.

2.  F'każ li l-qabda tiġi separata meta tkun żbarkata, il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jippreżenta kopja tad-dokument ta' qbid lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles. Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jirreġistra fuq il-kopja tad-dokument ta' qbid l-ammont u l-oriġini tal-qabda li dik il-persuna tkun irċeviet u jikseb il-firma tagħha.

L-informazzjoni dwar il-qabda imsemmija f'dan il-paragrafu tista' tiġi emendata sabiex tapplika miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) li saru obbligatorji għall-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3).

3.  L-imsemmi kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu minnufih jiffirma u jgħaddi kopja jew, jekk il-qabda żbarkata kienet separata, kopji tad-dokumenti ta' qbid iffirmati u ttimbrati lill-Istati ta' reġistrazzjoni li ħarġu dawk id-dokumenti ta' qbid, bl-iktar mezz elettroniku effiċjenti li hu għad-disposizzjoni tiegħu Hu għandu jipprovdi kopja ffirmata tad-dokument jew dokumenti rilevanti lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda.

Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit