Artikolu 22
Sal-15 ta' Marzu, il-15 ta' Ġunju, il-15 ta' Settembru u l-15 ta' Diċembru ta' kull sena l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista mqassra tad-dokumenti ta' qbid maħruġin minn jew irċevuti fit-territorju tagħhom fir-rigward ta' l-iżbarkar, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trasbord inkluża d-data li ġejja: in-Numri ta' Identifikazzjoni tad-Dokument; id-data ta' l-iżbarkar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-esportazzjonijiet mill-ġdid jew it-trasbord; il-piżijiet żbarkati, importati, esportati, esportati mill-ġdid jew trasbordati; l-oriġini u d-destinazzjoni.
▼M1