|
+ANNESS II METODI TA' TESTJAR TA' BIODIGRADIBILITA PRIMARJA GĦALSURFACTANTS F'DITERĠENTI |
ANNESS II METODI TA' TESTJAR TA' BIODIGRADIBILITA PRIMARJA GĦALSURFACTANTS F'DITERĠENTIANNESS II METODI TA' TESTJAR TA' BIODIGRADIBILITA PRIMARJA GĦAL SURFACTANTS F'DITERĠENTI Biodigradibilità primarja titkejjel bid-determinazzjoni f'likuri biodigradati tal-livell li jkun baqa' ta' surfactants ġenituri. Dan l-Anness jibda b'lista ta' metodi ta' testjar komuni għall-klassijiet kollha ta' surfactants, u mbagħad jelenka taħt l-intestaturi A sa D il-proċeduri ta' testijiet analitiċi speċifiċi għal kull klassi ta' surfactants. Il-kriterju biex il-bij\odigradibilità primarja tikkwalifika għandu jkun livell ta' mill-inqas 80 %, kif imkejjel skond il-metodi ta' testijiet ta' hawn taħt. Il-metodu ta' referenza għat-testjar f'laboratorju ta' surfactants f'dan ir-Regolament hu bażat fuq il-Proċedura Konfermattiva ta' testijiet bil-metodu ta' l-OECD, deskritt fl-Anness VIII.1. Tibdil fil-proċedura Konfermattiva dwar testijiet huwa permess basta dawn ikunu jħarsu l-EN ISO 11733. Metodi ta' testijiet (1) Il-metodu ta' l-OECD pubblikat fir-rapport tekniku ta' l-OECD tal-11 ta' Ġunju 1976 dwar il “Metodu Propost għad-Determinazzjoni ta' Biodegradibilità ta' Surfactants f'Diterġenti Sintetiċi”. (2) Il-metodu approvat fi Franza, approvat mill-“arrêté du 24 décembre 1987” pubblikat fil-Journal officiel de la République francaise tat-30 ta' Diċembru 1987, p. 15385, u mill-istandard NF 73-260 ta' Ġunju 1981, pubblikat mill-Assoċjazzjoni francaise de normalisation (AFNOR). (3) Il-metodu wżat fil-Ġermanja, stabbilit mill-“Verordnung über die Abbaubarkeit anionischer und nichtionischer grenzflächenaktiver Stoffe in Wasch- und Reinigungsmitteln” tat-30 ta' Jannar 1977, pubblikat fil-Bundesgesetzblatt ta' l-1977, Parti I, p. 244, kif preskritt fir-Regolament li jemenda dak ir-Regolament ta' l-4 ta' Ġunju 1986, pubblikat fil-Bundesgesetzblatt ta' l-1986, Parti I, p. 851. (4) Il-metodu wżat fir-Renju Unit imsejjaħ “The Porous Pot Test” u deskritt fir-Rapport Tekniku Nru 70 (1978) tal-Water Research Centre. (5) Il-“Proċedura Konfermattiva dwar testijiet” bil-metodu ta' l-OECD, deskritt fl-Anness VIII.I (inklużi tibdiliet possibbli tal-kondizzjonijiet tax-xogħol kif proposti fl-EN ISO 11733). Dan hu wkoll il-metodu ta' referenza wżat fi ftehim li jagħlaq litigazzjoni. A. METODI ANALITIĊI GĦAL SURFACTANTS ANJONIĊI Id-determinazzjoni ta' surfactants anjoniċi fit-testijiet għandha ssir bl-analiżi Sustanza Attiva Blu ta' Metilin(MBAS) skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII.2. Għal dawk is-surfactants anjoniċi li ma jagħmlux reazzjoni għall-metodu MBAS imsemmi hawn fuq, jew jekk ikun jidher aktar xieraq għal raġunijiet ta' effiċjenza jew preċiżjoni, għandhom jiġu applikati analiżi strumentali speċifiċi xierqa bħal kromatografija likwida ta' effiċjenza kbira (HPLC) jew kromatografija bil-gass. Kampjuni ta' interess tas-surfactant pur għandhom jiġu provduti mill-fabbrikant lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri meta jintalbu. B. METODI ANALITIĊI GĦAL SURFACTANTS M'HUMIEX JONIĊI Id-determinazzjoni ta' surfactants m'humiex joniċi fit-testijiet għandha ssir bil-metodu Sustanza Attiva Bismut (BiAS), skond il-proċedura analitika stabbilita fl-Anness VIII.3. Dwar dawk is-surfactants li ma jagħmlux reazzjoni għall-metodu BiAS imsemmi hawn fuq, jew jekk ikun jidher aktar xieraq għal raġunijiet ta' effiċjenza jew preċiżjoni, għandhom jiġu applikati analiżi strumentali speċifiċi xierqa bħal HPLC jew GC. Kampjuni ta' interess tas-surfactant pur għandhom jiġu provduti mill-fabbrikant lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri meta jintalbu. Ċ. METODI ANALITIĊI GĦAL SURFACTANTS KATJONIĊI Id-determinazzjoni ta' surfactants katjoniċi fit-testijiet għandha ssir bl-analiżi Sustanza Attiva Blu Disulfin(DBAS) skond il-proċeduri DBAS li ġejjin: Il-metodu wżat fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, (1989) DIN 38 409 - Ausgabe: 1989-07. Dwar dawk is-surfactants katjoniċi bla reazzjoni għall-metodu ta' test imsemmi hawn fuq, jew jekk ikun jidher aktar xieraq għal raġunijiet ta' effiċjenza jew preċiżjoni, għandhom jiġu applikati analiżi strumentali speċifiċi xierqa bħal HPLC jew GC. Kampjuni ta' interess tas-surfactant pur għandhom jiġu provduti mill-fabbrikant lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri meta jintalbu. D. METODI ANALITIĊI GĦAL SURFACTANTS AMFOTERIĊI Id-determinazzjoni ta' surfactants amfoteriċi fit-testijiet għandha ssir b'analiżi li timxi fuq il-proċeduri elenkati hawn taħt: 1. Jekk ma jkunx hemm katjoniċi: Il-metodu wżat fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, (1989) DIN 38 409-Teil 20. 2. Altrimenti: Il-metodu Orange II (Boiteux, 1984). Dwar dawk is-surfactants amfoteriċi li ma jagħmlux reazzjoni għall-metodu ta' testijiet imsemmija hawn fuq, jew jekk ikun jidher aktar xieraq għal raġunijiet ta' effiċjenza jew preċiżjoni (din għandha tkun ġustifikata)), għandhom jiġu applikati analiżi strumentali speċifiċi xierqa bħal HPLC jew GC. Kampjuni ta' interess tas-surfactant pur għandhom jiġu provduti mill-fabbrikant lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri meta jintalbu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|