+Artikolu 7 Format u frekwenza ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.

Artikolu 7 Format u frekwenza ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew għaliex iħejju l-kontijiet annwali tagħhom b’mod konformi mal-istandards tal-kontabilità msemmija fih, jew inkella għaliex japplikawhom għal rapportar superviżorju skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li huma parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti fuq bażi individwali. ►M3  Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi minn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness I. ◄
Artikolu 7 2.
L-NCAs għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe mudell addizzjonali speċifikat fl-Anness III ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-NCA. L-NCAs għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe mudell addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
Artikolu 7 3.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE u li jkunu parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti.
Artikolu 7 4.
Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 3 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness I.
Artikolu 7 5.
L-NCAs għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe mudell addizzjonali speċifikat fl-Anness IV ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-NCA. L-NCAs għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe mudell addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
Artikolu 7 6.
L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1, 2, 4, u 5 għandha tiġi rrapportata kif stipulat fl-Artikolu 6(5) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7 7.
NCAs jistgħu jiġbru d-dejta li għandha tintbagħat lill-BĊE kif speċifikat fil-paragrafi 1, 2, 4 u 5 bħala parti minn qafas ta' rapportar nazzjonali usa' li, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti, tinkludi informazzjoni finanzjarja superviżorja addizzjonali u jservi wkoll għanijiet li ma jkunux biss ta' superviżjoni, bħal għanijiet statistiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit