+Artikolu 12 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.

Artikolu 12 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

L-informazzjoni rrapportata minn istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti fuq bażi kkonsolidata kif speċifikat fl-Artikolu 11 għandu jkollha dawn id-dati ta’ referenza tar-rapportar:

(a) 

għar-rapportar trimestrali, il-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru;

(b) 

għar-rapportar semi-annwali, it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru;

(c) 

għar-rapportar annwali, il-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 12 2.
Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena kalendarja sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 12 3.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1 u 2, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti taħt superviżjoni jitħallew mill-ANK jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja superviżorja tagħhom fuq bażi kkonsolidata bbażata fuq sena tal-kontabilità li tiddevja mis-sena kalendarja, l-ANK jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ referenza tar-rapportar sal-aħħar tas-sena tal-kontabilità. Id-dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati għandhom ikunu tliet xhur, sitt xhur, disa’ xhur u 12-il xahar wara l-bidu tas-sena tal-kontabilità. Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv li jkopri l-perijodu mill-ewwel jum tas-sena tal-kontabilità sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 12 4.

L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11 sal-ħin tal-għeluq fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati tar-rimessa msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 għall-istituzzjonijiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti u li jirrapportaw fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni;

(b) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a).

Artikolu 12 5.
L-ANK għandhom jiddeċiedu meta istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu dawn l-iskadenzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit