Għall-finijiet tal-paragrafu 7, il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti u tal-fergħa inqas sinifikanti għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali skont il-liġi applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti, u jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ta’ fergħa inqas sinifikanti ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ data statistika rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (
2
).