+Artikolu 13 Format u frekwenzi ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni u għal friegħi inqas sinifikanti
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
---+Artikolu 13 11.
|
Artikolu 13 Format u frekwenzi ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni u għal friegħi inqas sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti taħt superviżjoni li japplikaw IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew għaliex iħejju l-kontijiet annwali tagħhom b’mod konformi mal-istandards tal-kontabilità msemmija fih, jew inkella għaliex japplikawhom għal rapportar superviżorju skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti fuq bażi individwali. Dan għandu japplika wkoll għal friegħi inqas sinifikanti.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe formola addizzjonali speċifikata fl-Anness III
►M3
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-ANK. L-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe formola addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE u li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti. Dan għandu japplika wkoll għal friegħi inqas sinifikanti.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 13 6.
|
L-ANK għandhom jibagħtu lill-BĊE kwalunkwe formola addizzjonali speċifikata fl-Anness IV
►M3
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-ANK. L-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe formola addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
|
|
Artikolu 13 7.
|
Il-paragrafi 2, 3, 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)
rapportar finanzjarju superviżorju dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li l-assi tagħhom għandhom valur totali ta’ inqas minn jew daqs EUR 3 biljun għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, bħala minimu komuni, minflok l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2, 3, 5 jew 6;
(b)
fergħa inqas sinifikanti m’għandhiex tirrapporta informazzjoni finanzjarja superviżorja jekk il-valur totali tal-assi tagħha jkun inqas minn jew daqs EUR 3 biljun.
|
|
Artikolu 13 8.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 7, il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti u tal-fergħa inqas sinifikanti għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali skont il-liġi applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti, u jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ta’ fergħa inqas sinifikanti ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ data statistika rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (
2
).
|
|
Artikolu 13 9.
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni skont il-paragrafi 2, 3, 5 u 6 mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali meta l-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti jew fergħa inqas sinifikanti jaqbeż EUR 3 biljun f’erba’ dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u l-friegħi inqas sinifikanti għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni skont il-paragrafu 7 meta l-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti jew fergħa inqas sinifikanti jkun inqas minn jew daqs EUR 3 biljun fi tlett dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali.
|
|
Artikolu 13 10.
|
L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2, 3, 5, 6, u 7 għandha tiġi rrapportata kif stabbilit fl-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 13 11.
|
L-ANK jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-BĊE kif speċifikat fil-paragrafi 2, 3, 5, 6 u 7 bħala parti minn qafas ta’ rapportar nazzjonali usa’ li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti, tinkludi informazzjoni finanzjarja superviżorja addizzjonali u sservi wkoll skopijiet li ma jkunux biss ta’ superviżjoni, bħal skopijiet statistiċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|