+Artikolu 15 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.

Artikolu 15 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.

L-informazzjoni li tikkonċerna istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti speċifikata fl-Artikoli 13 u 14 għandu jkollha d-dati ta’ referenza tar-rapportar li ġejjin:

(a) 

għar-rapportar trimestrali, il-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru;

(b) 

għar-rapportar semi-annwali, it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru;

(c) 

għar-rapportar annwali, il-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 15 2.
Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena kalendarja sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 15 3.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1 u 2, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti taħt superviżjoni jitħallew mill-ANK jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja superviżorja tagħhom fuq il-bażi ta’ sena tal-kontabilità li tiddevja mis-sena kalendarja, l-ANK jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ referenza tar-rapportar sal-aħħar tas-sena tal-kontabilità. Id-dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati għandhom ikunu tliet xhur, sitt xhur, disa’ xhur u 12-il xahar wara l-bidu tas-sena tal-kontabilità. Data li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena tal-kontabilità sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 15 4.

L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni finanzjarja superviżorja speċifikata fl-Artikoli 13 u 14 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti sal-ħin tal-għeluq fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati tar-rimessa rilevanti speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451:

(a) 

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni u għal friegħi inqas sinifikanti;

(b) 

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li huma parti minn grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

Artikolu 15 5.
L-ANK għandhom jiddeċiedu meta istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti għandhom jirrapportaw informazzjoni superviżorja finanzjarja sabiex jilħqu dawn l-iskadenzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit