+Artikolu 5 Obbligi tal-Istati Membri
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Obbligi tal-Istati Membri

Obbligi tal-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru awtoritajiet tal-approvazzjoni kif ukoll awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 5 2.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istabbiliment u l-ħatra tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'isimhom, l-indirizzi postali u elettroniċi u l-oqsma ta' responsabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista u d-dettalji tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 5 3.

L-Istati Membri għandhom jippermettu biss it-tqegħid fis-suq ta':

(a) 

magni li huma koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida mogħtija f'konformità ma' dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk humiex diġà installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq; u

(b) 

makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huma installati magni kif imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 5 4.

L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta':

(a) 

magni għal raġunijiet relatati ma' aspetti tal-kostruzzjoni u l-funzjonament tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, fejn dawk il-magni jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu;

(b) 

makkinarju mobbli mhux tat-triq għal raġunijiet relatati ma' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati minn magni installati f'tali makkinarju, fejn dawk il-magni jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu.

Artikolu 5 5.
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu s-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-magni fis-suq f'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit