+Artikolu 18 Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.

Artikolu 18 Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li t-tipi u l-familji tal-magni jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u dan il-Kapitolu.
Artikolu 18 2.
Mid-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni indikati fl-Anness III, it-tipi u l-familji tal-magni ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tal-egżost li ssir referenza għalihom bħala Stadju V u li huma indikati fl-Anness II.

Meta, f'konformità mal-parametri li jiddefinixxu l-familja ta' magni stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti, familja waħda ta' magni tkopri aktar minn medda tal-potenza waħda, il-magna referenzjarja (għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE) u t-tipi ta' magni kollha fi ħdan l-istess familja (għall-finijiet ta' konformità tal-produzzjoni) għandhom, fir-rigward tal-firxiet tal-potenza applikabbli:

(a) 

jissodisfaw l-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;

(b) 

jiġu ttestjati bl-użu taċ-ċikli tat-test li jikkorrispondu għall-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;

(c) 

ikunu soġġetti għad-dati applikabbli li jiġu l-ewwel għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq li huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 18 3.
L-emissjonijiet tal-egżost tat-tipi u tal-familji ta' magni għandhom jitkejlu fuq il-bażi taċ-ċikli tat-test stabbiliti fl-Artikolu 24 u f'konformità mal-Artikolu 25.
Artikolu 18 4.
It-tipi ta' magni u l-familji ta' magni għandhom ikunu ddisinjati u ffittjati bi strateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet b'tali mod li ma jippermettix it-tbagħbis sa fejn possibbli. L-użu ta' strateġiji ta' invalidazzjoni għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 18 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji għall-parametri li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tat-tipi ta' magni u ta' familji ta' magni, inklużi l-modi operattivi tagħhom, u d-dettalji tekniċi għall-prevenzjoni tat-tbagħbis kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit