+Artikolu 18 2.

Artikolu 18 2.

Mid-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni indikati fl-Anness III, it-tipi u l-familji tal-magni ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tal-egżost li ssir referenza għalihom bħala Stadju V u li huma indikati fl-Anness II.

Meta, f'konformità mal-parametri li jiddefinixxu l-familja ta' magni stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti, familja waħda ta' magni tkopri aktar minn medda tal-potenza waħda, il-magna referenzjarja (għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE) u t-tipi ta' magni kollha fi ħdan l-istess familja (għall-finijiet ta' konformità tal-produzzjoni) għandhom, fir-rigward tal-firxiet tal-potenza applikabbli:

(a) 

jissodisfaw l-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;

(b) 

jiġu ttestjati bl-użu taċ-ċikli tat-test li jikkorrispondu għall-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;

(c) 

ikunu soġġetti għad-dati applikabbli li jiġu l-ewwel għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq li huma stabbiliti fl-Anness III.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit