+Artikolu 24 Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.
---+Artikolu 24 11.
---+Artikolu 24 12.

Artikolu 24 Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Il-konformità mal-preskrizzjonijiet tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament għandha tintwera permezz ta' testijiet xierqa mwettqa mis-servizzi tekniċi magħżula. Il-proċeduri tal-kejl u tal-ittestjar u t-tagħmir u l-għodod speċifiċi għat-twettiq ta' dawk it-testijiet għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 25.
Artikolu 24 2.
Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni l-ammont ta' magni meħtieġa taħt l-atti delegati rilevanti għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.
Artikolu 24 3.
It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu fuq magni li huma rappreżentattivi tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja tal-familja ta' magni li tkun trid tiġi approvata.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-fabbrikant jista', bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, jagħżel magna li, għalkemm ma tkunx rappreżentattiva tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja tal-familja ta' magni li tkun trid tiġi approvata, tikkombina wħud mill-aktar karatteristiċi mhux favorevoli fir-rigward tal-livell ta' rendiment meħtieġ. Jintużaw metodi tal-ittestjar virtwali biex jgħinu fit-teħid ta' deċiżjonijiet matul il-proċess tal-għażla.

Artikolu 24 4.
Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, iċ-ċikli tat-test applikabbli huma dawk stabbiliti fl-Anness IV. Iċ-ċikli tat-test applikabbli għal kull tip ta' magna inklużi fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu indikati fid-dokument ta' informazzjoni.
Artikolu 24 5.
Magna li tkun rappreżentattiva tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja tal-familja ta' magni, jew magna magħżula skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, għandha tiġi ttestjata fuq dinamometru bl-użu taċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika mhux tat-triq applikabbli identifikat fit-Tabelli IV-1 sa IV-10 tal-Anness IV. Il-fabbrikant jista' jagħżel jekk iwettaqx dak it-test bl-użu tal-metodu tat-test b'modalità diskreta jew test b'modalità ta' rampa ta' transizzjoni. Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 7 u 8, magna b'veloċità varjabbli ta' kategorija partikolari użata f'operazzjoni b'veloċità kostanti tal-istess kategorija ma għandhiex bżonn tiġi ttestjata bl-użu taċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika applikabbli b'veloċità kostanti.
Artikolu 24 6.
Fil-każ ta' magna b'veloċità kostanti li jkollha regolatur li jista' jiġi ssettjat għal veloċità alternattiva, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu sodisfatti f'kull veloċità kostanti applikabbli u d-dokument ta' informazzjoni għandu jindika l-veloċitajiet li japplikaw għal kull tip ta' magna.
Artikolu 24 7.
Fil-każ ta' magna tal-kategorija IWP maħsuba biex tintuża għal operazzjoni kemm b'veloċità varjabbli kif ukoll b'veloċità kostanti, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu ssodisfati għal kull ċiklu tat-test f'qagħda statika applikabbli separatament, filwaqt li d-dokument ta' informazzjoni għandu jindika kull ċiklu tat-test f'qagħda statika li fir-rigward tiegħu kienu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 24 8.
Fil-każ ta' magna tal-kategorija IWP li tkun maħsuba biex tintuża minflok magna tal-kategorija IWA f'konformità mal-Artikolu 4(2), ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu sodisfatti separatament għal kull ċiklu tat-test f'qagħda statika applikabbli kif stabbilit fit-Tabelli IV-5 u IV-6 tal-Anness IV, u d-dokument ta' informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jindika kull ċiklu tat-test f'qagħda statika li għalih kien sodisfatt dan ir-rekwiżit.
Artikolu 24 9.
Ħlief għall-magni bit-tip approvat skont l-Artikolu 34(5) u (6), il-magni b'veloċità varjabbli tal-kategorija NRE li jkollhom potenza netta li tkun akbar minn jew ugwali għal 19 kW iżda mhux aktar minn 560 kW għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jiġu ttestjati wkoll fuq dinamometru bl-użu taċ-ċiklu tat-test transitorju identifikat fit-Tabella IV-11 tal-Anness IV.
Artikolu 24 10.
Il-magni tas-subkategoriji NRS-v-2b u NRS-v-3 li jkollhom veloċità massima inqas minn jew ugwali għal 3 400 rpm għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5, jiġu ttestjati wkoll fuq dinamometru bl-użu taċ-ċiklu tat-test transitorju identifikat fit-Tabella IV-12 tal-Anness IV.
Artikolu 24 11.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati u l-karatteristiċi taċ-ċikli tat-test f'qagħda statika u dawk transitorji msemmija f'dan l-Artikolu, inkluż il-metodu korrispondenti għat-determinazzjoni tat-tagħbija tal-magna u l-parametri tal-veloċità. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 24 12.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format uniku tar-rapport tat-test meħtieġ għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit