+Artikolu 47 Nomina ta' servizzi tekniċi
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.

Artikolu 47 Nomina ta' servizzi tekniċi

Nomina ta' servizzi tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.

L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom jinnominaw servizzi tekniċi għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet li ġejjin, skont l-attivitajiet u l-oqsma tal-kompetenza tagħhom:

(a)

kategorija A : it-twettiq tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament fil-faċilitajiet li jappartjenu lis-servizz tekniku kkonċernat;

(b)

kategorija B : is-superviżjoni tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament, fejn tali testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet ta' fabbrikant jew ta' parti terza;

(c)

kategorija C : il-valutazzjoni u l-monitoraġġ fuq bażi regolari tal-proċeduri tal-fabbrikant biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(d)

kategorija D : is-superviżjoni jew it-twettiq ta' testijiet jew spezzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni.

Artikolu 47 2.
Awtorità tal-approvazzjoni tista' taġixxi bħala servizz tekniku għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 47 3.
Is-servizzi tekniċi ta' pajjiż terz, minbarra dawk innominati f'konformità ma' dan l-Artikolu, jistgħu jkunu s-soġġett ta' notifika skont l-Artikolu 50 fejn tali rikonoxximent tas-servizzi tekniċi ikun previst minn ftehim bilaterali konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

Madankollu, servizz tekniku stabbilit f'konformità mal-Artikolu 45(2) jista' jistabbilixxi sussidjarji f'pajjiżi terzi, sakemm is-sussidjarji jkunu ġestiti direttament u kkontrollati minn dak is-servizz tekniku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit