L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom jinnominaw servizzi tekniċi għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet li ġejjin, skont l-attivitajiet u l-oqsma tal-kompetenza tagħhom:
|
(a)
|
kategorija A : it-twettiq tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament fil-faċilitajiet li jappartjenu lis-servizz tekniku kkonċernat;
|
|
(b)
|
kategorija B : is-superviżjoni tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament, fejn tali testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet ta' fabbrikant jew ta' parti terza;
|
|
(c)
|
kategorija C : il-valutazzjoni u l-monitoraġġ fuq bażi regolari tal-proċeduri tal-fabbrikant biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;
|
|
(d)
|
kategorija D : is-superviżjoni jew it-twettiq ta' testijiet jew spezzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni.
|