+Artikolu 55 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
---+Artikolu 55 6.

Artikolu 55 Eżerċizzju tad-delega

Eżerċizzju tad-delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1.
Is-setgħa li tadotta l-atti delegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
Artikolu 55 2.
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ għaxar snin mis-6 ta’ Ottubru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard mis-6 ta’ Jannar 2026 u disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu ta’ ħames snin sussegwenti. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Artikolu 55 3.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta ' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta ' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Artikolu 55 4.
Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Artikolu 55 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 55 6.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit