+Artikolu 60 Reviżjoni
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.

Artikolu 60 Reviżjoni

Reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.
Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti miżuri armonizzati għall-installazzjoni ta' tagħmir modifikat għall-kontroll tal-emissjonijiet fil-magni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li diġà tqiegħed fis-suq tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll miżuri tekniċi u skemi ta' inċentivi finanzjarji bħala mezz biex jgħin lill-Istati Membru jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, billi tiġi vvalutata l-azzjoni possibbli kontra t-tniġġis tal-arja f'żoni ta' popolazzjoni densa, u bir-rispett dovut għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
Artikolu 60 2.

Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:

(a) 

il-valutazzjoni tal-potenzjal għal tnaqqis ulterjuri ta' emissjonijiet ta' inkwinanti, abbażi tat-teknoloġiji disponibbli u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.

B'mod partikolari, għal magni tal-kategoriji IWP u IWA, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika ta':

(i) 

tnaqqis ulterjuri fil-valur ta' limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet tal-PN u l-NOx;

(ii) 

tnaqqis ulterjuri fil-fattur A għal magni li jaħdmu bi fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi fil-qafas ta' operazzjoni newtrali għall-klima meta mqabbel mal-magni li jaħdmu bid-diżil; u

(iii) 

l-addizzjoni ta' valuri limitu tal-PN għal dawk il-kategoriji ta' magni li għalihom tali valuri ma ġewx imniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(b) 

l-identifikazzjoni tat-tipi ta' inkwinanti potenzjalment rilevanti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 60 3.
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-użu tal-klawżoli ta' eżenzjoni previsti fl-Artikolu 34(4) u (5), u l-monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet previst fl-Artikolu 19 u l-konklużjonijiet minnu.

Barra dan, ir-rapport għandu jevalwa it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE kif stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25, b'enfasi partikolari fuq kemm dawk it-testijiet jikkorrispondu għal kondizzjonijiet reali tal-operazzjoni tal-magna, u għandu jevalwa wkoll il-fattibbiltà li jiġu introdotti testijiet għall-emissjonijiet ta' partikolati inkwinanti bħala parti mill-ittestjar waqt is-servizz stabbilit fl-Artikolu 19.

Artikolu 60 4.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom:

(a) 

ikunu bbażati fuq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(b) 

jieħdu kont tal-istandards relatati eżistenti tal-Unjoni u dawk internazzjonali; u

(c) 

ikunu akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit