|
+Artikolu 60 2. |
Artikolu 60 2.Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:
(a)
il-valutazzjoni tal-potenzjal għal tnaqqis ulterjuri ta' emissjonijiet ta' inkwinanti, abbażi tat-teknoloġiji disponibbli u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. B'mod partikolari, għal magni tal-kategoriji IWP u IWA, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika ta':
(i)
tnaqqis ulterjuri fil-valur ta' limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet tal-PN u l-NOx;
(ii)
tnaqqis ulterjuri fil-fattur A għal magni li jaħdmu bi fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi fil-qafas ta' operazzjoni newtrali għall-klima meta mqabbel mal-magni li jaħdmu bid-diżil; u
(iii)
l-addizzjoni ta' valuri limitu tal-PN għal dawk il-kategoriji ta' magni li għalihom tali valuri ma ġewx imniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;
(b)
l-identifikazzjoni tat-tipi ta' inkwinanti potenzjalment rilevanti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|