+Artikolu 8 Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
|
Artikolu 8 Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali
Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art forestali ġestita, ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta’ referenza għall-foresti ta’ Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-art forestali ġestita ta’ mhux aktar minn ekwivalenti ta’ 3,5 % tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru fis-sena jew perijodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, immultiplikat b’ħamsa. L-assorbimenti netti li jirriżultaw mir-raggruppamenti tal-karbonju ta’ injam mejjet, prodotti tal-injam maħsud, ħlief il-kategorija ta’ karta kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), fil-kategorija ta’ kontabbiltà tal-art ta’ art forestali ġestita m’għandhomx ikunu soġġetti għal din il-limitazzjoni.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet nazzjonali tagħhom tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż livell ta' referenza għall-foresti propost, sal-31 ta' Diċembru 2018 għall-perjodu mill-2021 sal-2025. Il-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija għandu jinkludi l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-internet.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell ta’ referenza għall-foresti tagħhom abbażi tal-kriterji li jinsabu fit-Taqsima A tal-Anness IV. Għall-Kroazja, il-livell ta’ referenza għall-foresti tagħha jista’ wkoll iqis, minbarra l-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV, l-okkupazzjoni tat-territorju tagħha, u ċ-ċirkostanzi ta’ żmien il-ġwerra u ta’ warajha li kellhom impatt fuq il-ġestjoni tal-foresti matul il-perijodu ta’ referenza.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-livell ta’ referenza għall-foresti għandu jkun ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika tal-ġestjoni forestali sostenibbli, kif dokumentat għall-perijodu mill-2000 u sal-2009 fir-rigward ta’ karatteristiċi dinamiċi tal-foresti relatati mal-età fil-foresti nazzjonali bl-użu tal-aħjar data disponibbli. Il-livelli ta’ referenza għall-foresti kif determinati f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom iqisu l-impatt futur ta’ karatteristiċi dinamiċi relatati mal-età tal-foresti sabiex ma jillimitawx bla bżonn l-intensità tal-ġestjoni forestali bħala element ewlieni tal-prattika tal-ġestjoni forestali sostenibbli, bil-għan li jinżamm jew jissaħħu bjar tal-karbonju fuq terminu twil. L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-data użata biex jiddeterminaw il-livell ta’ referenza propost għall-foresti fil-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija u dawk użati fir-rapportar għall-art forestali ġestita.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ esperti maħtura mill-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni teknika tal-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija ppreżentati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bil-għan li tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti li jinsabu fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5(1). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lis-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tax-xogħol imwettaq, inkluż l-opinjonijiet espressi mill-esperti maħtura mill-Istati Membri, u l-konklużjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, toħroġ rakkomandazzjonijiet tekniċi lill-Istati Membri li jirriflettu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni teknika biex jiffaċilitaw ir-reviżjoni teknika tal-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rakkomandazzjonijiet tekniċi.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Meta jkun meħtieġ abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa skont il-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, u, meta jkun applikabbli, tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi maħruġa skont il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-livelli ta' referenza għall-foresti proposti u riveduti lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019 għall-perjodu mill-2021 sal-2025. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli ta' referenza għall-foresti proposti li jkunu ġew ikkomunikati lilha mill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Abbażi tal-livelli ta' referenza għall-foresti proposti ppreżentati mill-Istati Membri, tal-valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, u meta jkun applikabbli, tal-livell ta' referenza għall-foresti propost u rivedut ippreżentat skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li jiġu stabbiliti l-livelli ta' referenza għall-foresti li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Jekk Stat Membru ma jippreżentax il-livell ta' referenza għall-foresti tiegħu lill-Kummissjoni sad-dati speċifikati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u, meta jkun applikabbli, fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li tistabbilixxi l-livell ta' referenza għall-foresti li għandu jiġi applikat minn dak l-Istat Membru għall-perjodu mill-2021 sal-2025, abbażi ta' kwalunkwe valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 8 10.
|
L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Ottubru 2020 għall-perjodu mill-2021 sal-2025.
|
|
Artikolu 8 11.
|
Sabiex tiġi żgurata konsistenza kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jippreżentaw lill-Kummissjoni korrezzjonijiet tekniċi li ma jeħtiġux emendi għall-atti delegati adottati skont il-paragrafu 8 jew 9 ta’ dan l-Artikolu sad-dati msemmija fl-Artikolu 14(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|