+Artikolu 10 Kontabbiltà għal disturbi naturali
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.

Artikolu 10 Kontabbiltà għal disturbi naturali

Kontabbiltà għal disturbi naturali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Fi tmiem il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-art afforestata u l-art forestali ġestita, emissjonijiet ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn disturbi naturali, li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu mill-2001 sal-2020, għajr l-anomaliji statistiċi (“livell ta' bażi”). Dak il-livell ta bażi għandu jiġi kkalkolat f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Anness VI.
Artikolu 10 2.

Meta Stat Membru japplika l-paragrafu 1, dan għandu:

(a) 

jippreżenta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-livell ta’ bażi għal kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar id-data u l-metodoloġiji użati skont l-Anness VI; u

(b) 

jeskludi mill-kontabbiltà sal- ►M2  2025 ◄  l-assorbimenti sussegwenti kollha fuq l-art affettwata minn disturbi naturali.

Artikolu 10 3.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness VI sabiex tirrevedi l-metodoloġija u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni f’dak l-Anness sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit